www.dar-tal-providenza.org

Niddependu hafna mill-ghajnuna ta’ hbieb u benefatturi.

Biex inkomplu ghandna bzonn Lm4,500 kuljum.

Bhalissa ghaddejjin minn zmien difficli hafna. Inti tista’ tghinna nkomplu naghtu s-servizz li ilna naghtu ghal dawn l-ahhar 40 sena. Dan huwa appell mill-qalb lill-haddiema kollha ta’ Malta u Ghawdex biex, min irid, jibda’ jaghmel donazzjoni zghira ta’ 10 centezmi fil-gimgha, li, wara li tinqata’ mill-paga, tghaddi f’kont apposta ghad-Dar tal-Providenza. Jekk tixtieq li tibda’ taghmel din il-kontribuzzjoni zghira, aghmel kuntatt mall-persuna responsabbli mill-pagi fl-azjenda fejn tahdem.